The Universal Postal Union (UPU) is an agency of the United Nations that coordinates postal policies among member nations and facilitates a uniform worldwide postal system. It comprises 192 member states, including Malta, and is headquartered in Switzerland.
The UPU's theme for its 150th year of operation, "150 years of enabling communication and empowering peoples across nations", recognises its past accomplishments and reinforces its commitment to serve all peoples for the decades to come.
MaltaPost commemorates the UPU 150th anniversary by issuing a special stamp, carrying a denomination of €1.91, in celebration of the organisation's rich past and promising future. This special stamp will be issued in a sheet of 10, with each stamp measuring 44mm x 31mm, with a comb perforation of 13.9 x 14.0 and bearing the Maltese Cross watermark. The sheets measure 115mm x 182mm and were produced by Printex Ltd in the offset process. The issue consists of 100,000 stamps of €1.91 each.
The new stamp will be available from all Post Offices in Malta and Gozo from Thursday 31 October 2024. Orders may be placed online at www.maltaphilately.com or by mail from the Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c., 305, Qormi Road, Marsa, MTP 1001; by telephone 2596 1740 or via e-mail info@maltaphilately.com
Ħarġa Filatelika - Il-150 Anniversarju tal-Unjoni Postali Universali
L-Unjoni Postali Universali (UPU) hija aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti li tikkoordina l-istrateġiji postali fost in-nazzjonijiet membri u tiffaċilita sistema postali uniformi madwar id-dinja. L-Unjoni tinkludi 192 stat membru, inkluż Malta, u għandha l-kwartieri ġenerali fl-Isvizzera.
It-tema tal-UPU għall-150 sena ta' operat tagħha, "150 sena ta' għajnuna għall-komunikazzjoni u għoti ta' setgħat lill-popli madwar in-nazzjonijiet", tirrikonoxxi l-kisbiet tal-passat tagħha u ssaħħaħ l-impenn tagħha li taqdi lill-popli kollha għad-deċennji li ġejjin.
MaltaPost tfakkar il-150 anniversarju tal-UPU billi toħroġ bolla speċjali, b'denominazzjoni ta' €1.91, b'ċelebrazzjoni tal-passat rikk u l-futur promettenti tal-organizzazzjoni.
Din il-bolla speċjali tinħareġ f'folja ta' għaxar bolli, b'kull bolla ta' daqs 44mm x 31mm, b'perforazzjoni ta' 13.9 x 14.0 u għandha "watermark" bis-salib ta' Malta. Kull folja hija ta' daqs 115mm x 182mm u ġiet stampata minn Printex Limited bi proċess offset. Il-ħarġa tikkonsisti f'100,000 bolla tal-€1.91.
Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f' Malta u Għawdex mill-Ħamis 31 ta' Ottubru 2024. Ordnijiet jistgħu jsiru onlajn fuq https://www.maltaphilately.com jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c., 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 - telefon 2596 1740 - email info@maltaphilately.com
Download Press Release