MaltaPost is pleased to announce the opening of a new Sub Post Office in Għarb, Gozo. This outlet will be managed by the Għarb Local Council and is located within the same premises of the previous MaltaPost Għarb Post Office branch.
Within the Għarb Sub Post Office customers can avail themselves of various postal services such as local and international ordinary and registered mail, the sale of postage stamps and the payment of bills.
Postal services will start being offered as from Tuesday 29th October 2024.
Sub Post Office Address - Għarb Local Council, Triq il-Viżitazzjoni, Għarb GRB 1044.
Opening Hours - Monday, Tuesday, Thursday, Friday and Saturday
8am till 1pm
Sub Uffiċċju Postali Ġdid ġewwa l-Għarb, Għawdex
MaltaPost tħabbar il-ftuħ ta' Sub Uffiċċju Postali ġdid ġewwa l-Għarb, Għawdex. Dan l-uffiċċju se jkun immexxi mill-Kunsill Lokali tal-Għarb u jinsab fl-istess bini tal-Fergħa Postali preċedenti tal-MaltaPost ġewwa l-Għarb.
F'dan is-Sub Uffiċċju Postali l-klijenti jistgħu jinqdew minn diversi servizzi postali bħall-posta lokali u internazzjonali ordinarja u reġistrata, bejgħ ta' bolli tal-pustaġġ kif ukoll ħlas ta' kontijiet. L-indirizz ta' dan is-Sub Uffiċċju Postali huwa "Kunsill Lokali Għarb", Triq il-Viżitazzjoni, Għarb GRB 1044. Is-servizzi postali se jibdew jiġu offruti minn nhar it-Tlieta 29 ta' Ottubru 2024.
Il-ħinijiet tal-ftuħ huma - It-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt
Mit-8am sas-1pm