KM Malta Airlines, the new national airline of the Maltese Islands, performed its inaugural flight on Sunday 31st March 2024 with a return trip between Malta and Catania. The new airline shall focus on connecting Malta to major European cities and airport hubs and will operate a young single-type aircraft fleet consisting of eight Airbus 320 neo.
To commemorate the new national airline launch, MaltaPost is issuing a set of 3 stamps portraying images of the newly ordered Airbus passenger aircraft. Each stamp carries a denomination of €1.50 and will be available as from Friday 19 April 2024 from all post offices in Malta and Gozo.
The stamp set will be issued in a sheet of 9, with each stamp measuring 35mm x 35mm, a comb perforation of 14.29 x 14.29 and bearing the Maltese Cross watermark. The sheets measure 135mm x 135mm and were produced by Printex Ltd in the offset process. The issue consists of 37,800 stamps.
Orders for the new stamps may also be placed online at www.maltaphilately.com or by mail from the Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c., 305, Qormi Road, Marsa, MTP 1001; by telephone 2596 1740 or via e-mail info@maltaphilately.com
Ħarġa Filatelika - KM Malta Airlines - Il-Linja Nazzjonali tal-Ajru l-Ġdida
KM Malta Airlines, il-linja nazzjonali l-ġdida tal-Gzejjer Maltin, wettqet it-titjira inawgurali tagħha nhar il-Ħadd 31 ta' Marzu 2024 bi vjaġġ bir-ritorn bejn Malta u Katanja. L- għan tal-linja tal-ajru l-ġdida huwa li tgħaqqad lil Malta ma' bliet u ċentri Ewropej ewlenin u se tkun qed topera flotta ġdida ta' inġenji tal-ajru li tikkonsisti fi tmien Airbus 320 neo.
Biex tfakkar it-tnedija tal-linja nazzjonali tal-ajru l-ġdida, MaltaPost se toħroġ sett ta' 3 bolli li juru xbihat tal-ajruplan tal-passiġġieri tal-Airbus li għadu kif ġie ordnat. Kull bolla għandha denominazzjoni ta' €1.50 u se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f'Malta u Għawdex mill-Ġimgħa 19 ta' April 2024.
Dawn il-bolli ser jinħarġu f'folji ta' disa. Kull bolla hija ta' daqs 35mm x 35mm, b'perforazzjoni ta' 14.29 x 14.29 u għandha "watermark" bis-salib ta' Malta. Kull folja hija ta' daqs 135mm x 135mm u ġiet stampata minn Printex Limited bi proċess offset. Il-ħarġa tikkonsisti f'37,800 bolla.
Ordnijiet għal din il-ħarġa filatelika jistgħu jsiru wkoll onlajn fuq https://www.maltaphilately.com/ jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c., 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 - telefon 2596 1740 - email info@maltaphilately.com
Download Press Release