News Details

MaltaPost authorised as Tied Insurance Intermediary

MaltaPost plc announces that it has been authorised by the Malta Financial Services Authority to act as Tied Insurance Intermediary for and on behalf of IVALIFE Insurance Limited, and for and on behalf of MAPFRE Middlesea plc, through PostaInsure Agency Limited.

This authorization places MaltaPost in an excellent position to service its customers both for their personal as well as their commercial requirements in both the general and life insurance fields. MaltaPost is committed to see to the individual needs of each customer and offer personalized solutions through a wide range of innovative and cost-effective insurance products, including but not limited to motor, home, boat, pet, travel, health and business, on behalf of MAPFRE Middlesea plc, as well as life insurance which includes protection, savings and pension plans, on behalf of IVALIFE Insurance Limited.

Mr Joseph Gafa', MaltaPost's Chief Executive Officer, believes that the provision of a personalized service, coupled with top quality insurance products, will be the key factors to guarantee success in this new line of business for the Company. The main insurance sales office is co-located within the MaltaPost Head Office at Qormi Road, Marsa. Opening hours are between 8am and 4pm Monday to Friday. Business enquiries may also be made via email on insurance@maltapost.com

MaltaPost plc awtorizzata bħala Tied Insurance Intermediary għal IVALIFE u MAPFRE Middlesea

MaltaPost plc tħabbar li ġiet awtorizzata mill-Malta Financial Services Authority biex taġixxi bħala "Tied Insurance Intermediary" għal u f'isem IVALIFE Insurance Limited, u għal u f'isem MAPFRE Middlesea plc, permezz ta' PostaInsure Agency Limited.

Din l-awtorizzazzjoni tpoġġi lill-MaltaPost f'pożizzjoni eċċellenti biex taqdi lill-klijenti tagħha kemm għall-ħtiġijiet personali kif ukoll kummerċjali tagħhom, kemm fl-oqsma ġenerali kif ukoll fl-assigurazzjoni tal-ħajja. MaltaPost hija mpenjata biex taqdi l-bżonnijiet individwali ta' kull klijent u toffri soluzzjonijiet personalizzati permezz ta' firxa wiesgħa ta' prodotti ta' assigurazzjoni innovattivi u bi prezz kompetittiv.

Is-servizzi ta' assigurazzjoni jinkludu dawk relatati mal-vetturi, djar, dgħajjes, pets, ivvjaġġar, saħħa u negozju, f'isem MAPFRE Middlesea plc., kif ukoll assigurazzjoni tal-ħajja li tinkludi protezzjoni, tfaddil u pensjonijiet privati, f'isem IVALIFE Insurance Limited.

Is-Sur Joseph Gafà, il-Kap Eżekuttiv ta' MaltaPost, jemmen li l-għoti ta' servizz personalizzat, flimkien ma' prodotti tal-assigurazzjoni tal-aqwa kwalità, se jkunu l-fatturi ewlenin biex jiggarantixxu s-suċċess f'din il-linja ta' negozju ġdid għall-Kumpanija. L-uffiċċju ewlieni tal-assigurazzjoni tal-MaltaPost jinsab fl-Uffiċċju Prinċipali tal-MaltaPost fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn it-8am u l-4pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu bl-email - insurance@maltapost.com

 

Download Press Release