The Maltese train, known as "Il-vapur tal-art", was in service for 48 years, between 1883 and 1931. On 25 April 2023, to commemorate this important part of our heritage, MaltaPost proudly issues a sheet of 5 stamps portraying various visuals related to the Malta Railway. One stamp shows the railway route, with three others portraying artworks, by John N. Scerri, of scenes from the Birkirkara, Hamrun and Mtarfa train stations respectively. One stamp shows the train leaving the tunnel in St. James Ditch, Valletta. This painting is by local artist Richard J. Caruana. Photography was done courtesy of the Malta Railway Foundation.
The stamps will be issued in a sheet of 5, with each stamp measuring 76mm x 20mm, a comb perforation 13.7 x 14.0 and bearing the Maltese Cross watermark. The sheets measure 108.1mm x 132.3mm and were produced by Printex Ltd in the offset process. The issue consists of 12,000 sheets of the €1.50 stamp.
These stamps will be available from all Post Offices in Malta and Gozo from Tuesday 25 April 2023. Orders may be placed online at www.maltaphilately.com or by mail from the Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Qormi Road, Marsa, MTP 1001; by telephone: 2596 1740, or via e-mail: info@maltaphilately.com
Ħarġa Filatelika - Il-Ferrovija ta' Malta 1883-1931
Il-Ferrovija ta' Malta, magħrufa bħala "Il-vapur tal-art", ħadmet għal 48 sena, fil-perjodu ta' bejn l-1883 u l-1931. Fil-25 ta' April 2023, biex jitfakkar dan il-wirt kulturali Malti, MaltaPost qed tipproduċi ħames bolli ġodda li jaġhtuna viżwal relatat mal-ferrovija antika ta' Malta. Waħda mill-bolli turi r-rotta tal-ferrovija, u tlieta oħra, ddisinjati minn l-artist John N. Scerri, juru xeni mill-istazzjonijiet tal-ferrovija ta' Birkirkara, Ħamrun u Mtarfa rispettivament. Bolla oħra turi l-ferrovija ħierġa mill-mina ġewwa il-Foss ta' San Ġakbu, fil-Belt Valletta. Il-pittura hija tal-artist lokali Richard J. Caruana. Il-fotografija saret bil-kortesija tal- Malta Railway Foundation.
Dawn il-bolli ser jinħarġu f'folji ta' ħamsa. Kull bolla hija ta' daqs 76mm x 20mm, b'perforazzjoni ta' 13.7 x 14.0 u għandha "watermark" bis-salib ta' Malta. Kull folja hija ta' daqs 108.1mm x 132.3mm u ġiet stampata minn Printex Limited bi proċess offset. Il-ħarġa tikkonsisti f'12,000 folja tal-bolla ta' €1.50.
Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f' Malta u Għawdex mit-Tlieta 25 ta' April 2023. Ordnijiet jistgħu jsiru onlajn fuq https://www.maltaphilately.com/ jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 - telefon 2596 1740 - email info@maltaphilately.com
Download Press Release