News Details

Philatelic Stamp Issue – Christmas 2020

On the 24th of November 2020, MaltaPost will issue a set of 3 stamps depicting a painting by Giuseppe Calì of ‘The Nativity`. The fresco was executed in the late 19th century on the ceiling of the dome of ‘Christ the Saviour' Parish Church in Lija.

This masterpiece embellishes the dome of the church with beautiful episodes from the Nativity event as detailed in the Bible; from the announcement of the angel to the birth of Jesus. This painting dates back to the 19th century and has recently undergone a restoration project that lasted for years. The stamps show the angel's announcement of baby Jesus to the shepherds and the wise kings, and baby Jesus in the hands of Mary surrounded by St. Joseph and the angels.

This set will be issued in sheets of 10 stamps, with each stamp measuring 44mm x 31mm, a comb perforation 14.0 x 13.9 and bearing the Maltese Cross watermark. The sheets measures 118mm x 185mm and were produced by Printex Ltd in the offset process. The issue consists of 500,000 of the €0.30 stamp, 24,000 of the €0.59 stamp and 24,000 of the €0.63 stamp. The design was set by Miguel Farrugia of MaltaPost and photographs were taken by David P. Attard.

This philatelic issue will be available from all Post Offices in Malta and Gozo as from Tuesday 24th November 2020. Orders may be placed online at www.maltaphilately.com or by mail from the Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Qormi Road, Marsa, MTP 1001; Telephone: 2596 1740, e-mail: info@maltaphilately.com 


Ħarġa Filatelika - Christmas 2020

Fl-24 ta' Novembru, MaltaPost se toħroġ sett speċjali li se jikkonsisti fi tliet bolli li se juru xeni mill-pittura tan-Natività ta' Giuseppe Calì fil-knisja ta' Ġesu Salvatur f'Ħal Lija.

Dan il-kapolavur ta' Giuseppe Calì li qed jsebbaħ din il-koppla juri episodji mill-ġrajja tan-Natività kif hija dettaljata fil-Bibbja; mit-tħabbira tal-anġlu sat-twelid ta' Ġesu. Din il-pittura tmur lura lejn is-seklu 19 u riċentament għaddiet minn proġett ta' restawr li dam għaddej snin sħaħ. Il-bolli juru propju t-tħabbira tat-twelid ta' Ġesu bambin mill-anġlu lir-rgħajja, lis-slaten maġi kif ukoll Ġesu Bambin f'idejn il-Madonna mdawwra b'San Ġużepp u l-anġli.

Din il-ħarġa se tikkonsisti f'folji ta' għaxar bolli. Kull bolla hija ta' daqs 44mm x 31mm, b'perforazzoni ta' 14.0 x 13.9 u għandha watermark bis-salib ta' Malta. Kull folja hija ta' daqs 118mm x 185mm u ġew ipprintjati minn Printex Limited bi proċess offset. Din il-ħarġa tikkonsisti f'500,000 bolla tat- €0.30, 24,000 bolla tad- €0.59 u 24,000 bolla tat- €0.63. Dan is-sett ġie ddisinjat minn Miguel Farrugia mill-MaltaPost u r-ritratti ġew meħuda minn David P.Attard.

Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-fergħat tal-MaltaPost f' Malta u Għawdex minn nhar it-Tlieta 24 ta' Novembru 2020. Ordnijiet jistgħu jsiru online fuq www.maltaphilately.com jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 -Telephone 2596 1740 - e-mail: info@maltaphilately.com