On the 24th September 2020, MaltaPost will issue a second set of stamps featuring dog breeds. The set will include 16 stamps.
Dogs are considered to be the first species of animal to be domesticated. The dog has been selectively bred over millennia and its long association with humans has led dogs to be uniquely attuned to human behaviour.
Each stamp carries a face value of 51c and the set will be issued in a sheet of 16 stamps, with each stamp measuring 35mm x 35mm, a comb perforation of 13.75 x 13.75 and bearing the Maltese Cross watermark. The sheets measure 169mm x 169mm and were produced by Printex Ltd in the offset process. The issue consists of 16,000 sheets. The stamps are reproduced from paintings by the Maltese artist Andrew Micallef.
This philatelic issue will be available from all Post Offices in Malta and Gozo as from Thursday 24 September 2020. Orders may be placed online at www.maltaphilately.com or by mail from the Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Qormi Road, Marsa, MTP 1001; Telephone: 2596 1740, e-mail: info@maltaphilately.com
Ħarġa Filatelika tal-pustaġġ - Dogs II
Fl-24 ta' Settembru, MaltaPost se toħroġ it-tieni sett ta' bolli bit-tema ‘Dogs' li juru razez differenti ta' klieb. Is-sett ser jikkonsisti f'16 il bolla.
Il-kelb kien l-ewwel speċi li ġie domestikat u ġie mrobbi b'mod selettiv matul snin twal u b'hekk hemm assoċjazzjoni twila bejn il-kelb u l-bniedem. Dan wassal biex il-kelb adatta ruħu b'mod uniku għall-imġieba tal-bniedem.
Kull bolla għandha valur ta' 51c u dan is-sett se jinħareġ f'folja ta' 16 -il bolla ta' daqs 35.0mm x 35.0mm, perforazzjoni ta' 13.75 x 13.75 (comb) u bil-watermark tas-Salib ta' Malta. Il-ħarġa tikkonsisti f'16,000 folja u kull folja hi ta' daqs 169mm x 169mm. Il-bolli ġew stampati minn Printex Ltd bil-metodu offset u jirraprezentaw pitturi tal-artist lokali Andrew Micallef.
Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-fergħat tal-MaltaPost f' Malta u Għawdex minn nhar il-Ħamis 24 ta' Settembru 2020. Ordnijiet jistgħu jsiru online fuq www.maltaphilately.com jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 -Telephone 2596 1740 - e-mail: info@maltaphilately.com