Courier Drivers - Wara nofsinhar
Il-persuni magħżula jkunu responsabbli għat-tqassim ta' pakketti postali fuq distretti ndikati u jirrapportaw lis-Supervisor. Ix-xogħol ikun wara nofsinhar mit-Tnejn sas-Sibt.
Il-kandidati għandhom:
• ikollhom iktar minn wieħed u għoxrin sena:
• ikollhom dehra pulita u preżentabbli;
• ikunu kapaċi jikkomunikaw b'mod eċċellenti u effettiv;
• ikollhom karattru soċjevoli u personalita' pożittiva
• ikollhom tlett ‘passes' fil-livell Ordinarju/Matsec jew ekwivalenti;
• ikollhom ċertifikat ta' kondotta tal-Pulizija nadifa;
• ikollhom liċenzja tas-sewqan
L-applikanti nteressati għandhom jibagħtu ittra t'applikazzjoni flimkien ma' curriculum vitae dettaljat fuq recruitment@maltapost.com
L-applikanti huma mfakkra biex fl-ittra tal-applikazzjoni jindikaw r-referenza għal liema vakanza jkunu qed japplikaw. L-applikazzjonijiet kollha jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali. Fil-każ ta' solleċitar, l-applikanti, awtomatikament jiġu skwalifikati.
Latest News
Veronafil Stamp Fair
19/11/2024
....